Caroline Muscat, eks Campaign Manager ta’ Simon Busuttil u llum paladina tar-Rule of Law permezz ta’ the Shift News, li nħolqot speċifikament biex tattakka lill-Gvern ta’ Robert Abela, attivisti u partitarji Laburisti, teżiġi li kulħadd jgħatiha r-risposti fuq kollox, u jekk ma tweġibie, allura tattakkak u tikkundannak pubblikament bħala ‘korrott’ .
Muscat, li l-bieraħ kienet fuq quddiem ma’ ta’ Repubblika u Jason Azzopardi, waqt il-protesta fjask fgil-Belt, għażlet li tattakka lil Jeffrey Pullicino Orlando talli l-Gvern ħatru bħala Ambaxxatur mhxu residenti għar-Ruwanda.
Pullicino Orlando minn naħa tiegħu poġġa l-kappell fuq ras Caroline Muscat b’għadd ta’ mistoqsijiet pubbliċi fuq Facebook.
MISTOQSIJA LIL CAROLINE MUSCAT, EDITRICI TAX-‘SHIFT NEWS’:
Kif tghaqqad il-pozizzjoni tieghek bhala paladin ta’ Daphne Caruana Galizia mal-fatt li impjegajt reporter imkecci mit-‘Times’ ghax avza lis-suspettat fil-qtil taghha, Yorgen Fenech, li kien ha jigi arrestat? Informazzjoni li giet f’idejh b’rizultat tal-pozizzjoni tieghu. Qed nirreferi ghal Ivan Camilleri. Taqbel li dan kien att ta’ slealta assoluta fil-konfront ta’ shabu? Dan apparti mill-fatt li kien akkuzat b’ “shoplifting” minn supermarket. Imbaghad titkazaw bic-cucati ta’ haddiehor, biex minghalikom toholqu storja. Nahseb anke dawk li mort thabbat il-borom maghhom ilbierah jixtiequ risposta minghandek. It-trasparenza sabiha dejjem – mhux meta tinsisti ghaliha inti biss. Ma taqbilx?
Qed insaqsik hawn ukoll, ghax dawn id-domandi ghamilthom pubblikament diversi drabi, sahansitra fuq programmi televizivi – u s’issa bqajt bla risposta. Ghamilthom illejla stess ergajt, infatti. Tislijiet.
