Anki Mandy Mallia – oħt Daphne Caruana Galizia – fetħet il-kanuni fuq il-Partit Nazzjonalista u d-Deputati li kienu assenti għall-vot tal-bieraħ fil-Parlament dwa l-emendi fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali.
L-attakk fuq il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech minn naħa ta’ Repubblika u s-satelliti estremisti tagħha qawwi u dirett u jidher li se jiżdied, hekk kif qed jikber l-għadab tal-attivisti għal dak li qed ifissru bħala “inkompetenża” ta’ Grech u d-Deputati tiegħu.
Mandy Mallia qed teżiġi r-riposti mingħand il-Partit Nazzjonalista dwar min kienu d-Deputati neqsin għall-vot fil-Parlament, u għaliex il-PN ma qdihomx biex iħeġġeġ lin-nies jattendu għall-protesta.
Aktar kmieni llum ktibt kif Karol Aquilina, u ħuħ Robert ta’ Repubblika huma furjużi ma’ Bernard Grech u d-Deputai tal-PN, tant li Karol hu rappurtat jgħid man-nies li se jpattielhom u li miegħu “ma jitnejjek ħadd!”.