Ħafna qed jistaqsu kif id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg siefer propju fil-ġurnata li kienet qed titqies bħala “kruċjali” meta l-Parlament kellu jivvota fuq l-emendi fil-liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali.
Viżibbilment imbarazzat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-assenza ta’ Alex Borg mill-Parlament il-bieraħ, Bernard Grech jaf li din l-assenza tal-lum se tkun soġġett għal battalja oħra internba fi ħdan il-Grupp Parlamentari PN.
Dan għaliex filwaqt li hu magħruf li Alex Borg jitfa’ kolox fuq Facebook, il-bieraħ ma kiteb xejn u lanqas qal li qed imsiefer , sew jekk hux fuq btala jew negożju.
Alex Borg tefa’ post biss filgħodu l-bieraħ b’messaġġ kriptiku ħafna: Politics done well should inspire hope and trust. It should stimulate a new generation of politicians.”
Hu mifhum li l-prassi f’kull grupp parlamentari serju jkun jaf, javża u jiżgura lil kull membru tiegħu biex ikun il-Parlament meta jkun hemm vot importanti.
Alex Borg għażel li ma jkunx.