- “IBGĦAT L-IĊĊASSAT” KIENET L-ORDNI LIL GRECH BIEX JINTBGĦAT DAVID AGIUS MINFLOKU GĦAĊ-ĊERIMONJA LI FAKKRET IL-KISBA TAL-ĦELSIEN F’XATT IR-RIŻQ
Bernard Grech tilef kull awtorita’ ta’ tmexxija fil-Partit Nazzjonalista, tant li jirriżulta li kien Karol Aquilina li ordnalu ma jattendix għax-ċerimonja uffiċċjali ta’ Jum il-Ħelsien f’Xatt ir-Riżq il-bieraħ.
Kien Karol Aquilina wkoll li ordna lil Grech jgħid lil David Agius jattendi minfloku, filwaqt li uża wkoll lis-Segretarju l-ġdid Charles Bonello li “jiżgura” li jsir hekk.
Minn informazzjoni li waslitilna mid-Dar Ċentrali, id-diskors li sar biex imur David Agius minflok Bernard Grech, kien: “ibgħat l-iċċassat.”
RITRATT: David Agius il-bieraħ f’mument waqt iċ-ċerimonja uffiċċjali tal-bieraħ b’tifkira tas-46 sena mill-kisba tal-Ħelsien.
Karol Aquilina sar jiddetta kollox fil-PN, tant li ħa ċ-ċwievet tat-tmexxija f’idejh mingħand Grech meta laqgħa talk-Grupp Parlamentari mqanqla, wasslet biex id-deputati tal-PN ma kelhomx triq oħra għajr li joħorġu ‘l barra mill-Parlament u jevitaw il-vot imbarazzanti li kellha tikkundanna l-imġieba pastaża tal-istess Karol Aquilina lejn l-ispeaker.
Aquilina kien saħansitra hedded lil sħabu d-deputati waqt dik il-laqgħa u reġa hefddidhom waqt laqgħa oħra taħraq li saret il-ġimgħa li għaddiet.
Issa Karol Aquilina qed jordna lil Bernard Grech biex ikun preżenti għad-dimostrazzjoni ta’ għada, organizzata minn Repubblika kontra r-riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali.
Bejn illum u għada mistennija nassistu għal ‘build-up’ ta’ diżubbidjenza mill-PN fil-Parlament, kif ukoll b#kampanja ta’ propaganda ta’ appoġġ għad-dimostrazzjoni fuq Net FM, Net TV u mill-media indipendenti.