Veru li llum hu l-Ewwel t’April, madankollu l-ebda ċajta ma tista tnessi l-verita li l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jaħbi taħt it-tapit.
Sal lum, il-Partit Nazzjonalista għadu bla accountant, ilu erba’ snin ma jippubblika l-accounts tiegħu, għandu dejn ta’ €42 milju , għandu ċ-ċedoli se jiskadu u jeħtieġ isib €4 miljuni biex jifdi l-obbligi li se jiskadu dalwaqt, filwaqt li jeħtieġ jaħdem ħafna bil-cash (kontra l-Liġi) biex ma jinqabdux mill-banek!.
Is-suġġett tal-falliment tal-PN, li issa jinsab ukoll taħt investigazzjoni tal-Pulizija dwar misappropjazzjoni u serq tal-bolol u l-miżati tal-unions tal-ħaddiema tagħhom stess, dalgħodu qed jiddomina l-meżżi soċjali, bħala ċajt u sarkażmu għal ‘April Fool’s Day.