Lejliet protesta msejħa g]al g]ada mill-aħwa Robert u Karol Aquilina, biex jipproteġu l-arma tal-persekuzzjoni permeżż tal-inkjesti bil-Maġistrati kontra esponenti Laburisti, qed isir minn kollox biex jaħbu l-verita’ dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin mill-awtoritajiet fil-konfront ta’ Jason Azzopardi, Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista.
Dawn ir-realtajiet qed jinħbew minn Repubblika, u minkejja dan tibqa’ determinata li tmexxi bl-aġenda militanti estrema kif mfassla mill-aħwa Aquilina, bl-iskop li jqajjmu d-diżubbidjenża ċivili u jħarbtu s-serenita’ tal-pajjiż.
Fl-attivita’ ta’ għada, fejn in-nies qed tintalab tieħu l-borom, l-imgħaref tal-injam u s-sfafar bħalma għamlu dl-2019 , qed tintuża l-iskuża tar-riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali, filwaqt li ma jintqalx li l-attivist u l-avukat tagħha Jason Azzopardi għad għandu pendenti fuq rasu inkjesta maġisterjali li ilha għaddejja għal aktar minn 12-il sena u tikkonċerna allegazzjonijiet serji dwar irregolaritajiet dwar konċessjonijiet u trasferimenti ta’ artijiet fiż-żmien li hu kien Ministru tal-Artijiet.
Minbarra dan, Azzopardi bħalissa u membri tal-familja tiegħu jinsabu taħt investigazzjoni mill-FIAU dwar ġid mhux sġjegabbli u evażjoni fiskali.
Intant, il-Kap de facto tal-PN Karol Aquilina qed iġiegħel lil Bernard Grech jappoġġjah u jara li li l-PN iniżżel lin-nies fit-toroq, minkejja li l-Pulizija qed tinvestiga kemm lil Grech, kif ukoll lill-Partit Nazzjonalista.