Il-frażi “je suis éliminée” (ġejt eliminata) mlissna l-bieraħ minn Marine Le Pen ftit wara li Qorti f’Pariġi kkuyndannata fuq misappropjazzjoni, u b’hekk tilfet il-jedd li tikkontesta l-Elezzjonijiet Presidenżjali, għandha ħafna biex tinkwieta lill-Partit Nazzjonalista f’malta u lil Bernard Grech.
Marine Le Pen, il-Kap tal-Partit tal-lemin estrem ‘Front Nationale’ nstabet ħatja ta’ misappropjazzjoni ta’ flus fdati lill-partit tagħha, u weħlet erba snin ħabs, b’sentejn minnhom sospiżi.
Il-każ ta’ Le Pen jiftaħ beraħ il-kwistjoni f’Malta dwar il-finanżi tal-Partit Nazzjonalista u n-nuqqas tiegħu milli jippubblika l-accounts tiegħu għal dawn l-aħħar erba’ snin.
Dan in-nuqqas, flimkien mal-ammissjoni tal-PN stess ma’ Lovin Malta għar-reat ta’ misappropjazzjoni tal-bolol u l-miżati tal-union tal-ħaddiema tiegħu stess, jinsabu taħt investigazzjoni bħalissa mill-Pulizija mit-Taqsima għal Kontra r-Reati Ekonomiċi (FCID)
Investigazzjoni oħra tikkonċerna lill-Kap Nazzjonalista Bernard Grech dwar [id mhux spjegabbli meta ħallas kont ta’ €61,000 f’taxxi b’lura.
Hu mifhum li l-investigazzjoni f’dan ir-rigward tikonċerna numru ta’ persuni li daħlu biex jagħmlu tajjeb għal dan il-kont tat-taxxa ta’ Bernartd Grech, u b’hekk spiċċaw soġġetti għal investigazzjoni ta’ att ta’ korrużżjoni.