Nhar is-Sibt li għadda, id-Deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi għażel li jattakkani għaliex kxiftu li mar shopping fl-istabbiliment lussuż Harrods f’Londra fl-istess ħin li kien qed iħeġġeġ lin-nies jingħaqdu mal-PN fi protesta kontra l-għoli tal-ħajja fil-Belt fid-9 ta’ Marżu li għadda.
Azzopardi żamm f’idejh karta b’ismi miktub rrepeta l-allegazzjonijiet foloż ffabbrikati mill-PN dwari u dawr il-paga tiegħi.
Fil-video li għamel fuq TikTok biex mingħalih javvelini għaliex kxiftu, spiċċa ammetta li mar jixtri minn Harrods.
Ma qalx lanqas li waqt dak il-vjaġġ lejn Londra bħala parti minn delegazzjoni tal-Parlament Malti għal Jum il-Commonwealth, spiċċa kellu kwistjoni mal-lukanda Novotel Waterloo f’Lambeth Road, Londra, dwar tipjip fil-kamra.
Iżda filwaqt li biex mingħalih jipprova jżeblaħni, Charles Azzopardi għażel li jgħid li meta mar shopping f’Harrods, ħallas bi flusu. Mur obsor!
Li ma qalx Azzopardi hu li meta kien Sindku tar-Rabat, Charles Azzopardi kellu incident bil-karozza meta faqa’ parapet u faċċata ta’ dar private, u ried li l-ispejjeż jinħarġu mill-Kunsill Lokali.
Kienet għal din ir-raġuni, u oħrajn gravi wkoll, li l-Partit Laburista ma ħalliħx jerġa jikkontesta f’ismu, u b’hekk għażel li fl-2022 jikkontesta l-elezzjoni f’isem il-PNartit Nazzjonalista.