L-eks deputat nazzjonalista u llum avukat ta’ Repubblika li jiddeletta jiftaħ l-inkjesti bl-addoċċ kontra kulħadd, jinsab taħt investigazzjoni serja mill-FIAU dwar ġid mhux spjegat u evażjoni fiskali.
Nifhmu li l-investigazzjoni hi wiesa’ ħafna, tant li Azzopardi kien infurmat li tkopri kemm lilu u membri tal-familja tiegħu.
Jirriżulta li Azzopardi qed iħabbat il-bibien ta’ diversi nies bl-iskop li “jrażżan” lil-FIAU milli tissokta bl-investigazzjoni u jevita kemm jista’ jkun prosekuzzjoni fil-Qorti, kif ukoll l-iffriżar tal-assi.
Dan is-sit hu infurmat li l-FIAU qed tinvestiga u tqabbel l-istil ta’ ħajja ta’ Azzopardi u mad-dħul tiegħu minn diversi bnadi, kif ukoll sensiela ta’ trasnazzjonijiet b’direct banking u oħrajn bi flus kontanti.
Fl-istess ħin, l-FIAU tirriżulta interessata f’xibka ta’ kumpanniji li huma marbuta ma’ membru tal-familja ta’ Jason Azzopardi u li wħud minnhom servew biex saru transazzjonijiet suspettużi, li b’xi mod jinvolvu lilu.
L-investigazzjoni tal-FIAU hi waħda mill-uġigħ ta’ ras li għandu Jason Azzopardi – li hu l-avukat għall-familja Caruana Galizia u ta’ Repubblika – għaliex għadha qed titlesta (wara 12-il sena) inkjesta Maġisterjali fil-konfront tiegħu dwar trasferimenti ta’ artijiet suspettużi fiż-żmien li serva bħala l-Ministru responsabbli mill-artijiet.
Jason Azzopardi, flimkien ma’ sħabu Karol u Robert Aquilina bħalissa għaddejjin b’kampanja qalila kontra r-riforma proposta mill-Gvern għal riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali, bl-iskop li jinqata’ l-abbuż u l-persekużżjoni kontra diversi nies uta’ fehma Laburista.
Fid-diskors tiegħu lejliet Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela rrefera għall-protesta msejħa għal għada l-Erbgħa minn Repubblika fil-Belt, u wissa li “jistgħu jdumu jgħajjtu u jsabbtu fuq il-borom , għaliex il-Liġi se tgħaddi.”.