L-isfida oxxena ta’ Fr David Muscat lejn Jum Malta Ħielsa, billi tella’ l-‘Union Jack’ fuq l-arblu tad-dar, wassal għal stmerrija u kundanna ta’ pajjiż.
Ir-ritratti flimkien mal-istorja ppubblikati fuq dan is-sit li wrew il-bandiera Ingliża tperper fuq l-arblu tad-dar tiegħu – akkumpanjata minn post fuq Facebook – li jqabbel il-ġrajja tal-31 ta’ Marżu 1979 bħala ċajta tal-Ewwel t’April – wasslu biex f’temp ta’ 14-il siegħa, qrawha mal-230,000 persuna.
Eluf kienu l-messaġġi ta’ kundanna tal-pubbliku lejn l-aġir ta’ Fr. Muscat, b’sejħiet lejn l-Arċisqof Charles J. Scicluna biex jieħu azzjoni kontrih.
L-aġir ta’ Fr. David Muscat kienet konsegwenżjali għal fak li għġamel il-bieraħ filgħodu stess il-kap Nazzjonalista Bernard Grech, li ma marx għaż-żerimonja uffiċċjali li tagħti ġieħ Jum il-Ħelsien f’Xatt ir-Riżq.
Minflok, Grech bagħat l-aktar deputat irrilevanti tiegħu għaċ-ċerimonja: David Agius, u saħansitra tah il-karozza uffiċċjali tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex twassal sal-Birgu/
RITRATTI: Il-‘Union Jack’ tperper fuq l-arblu taf-far ta’ Fr David Muscat il-bieraħ f’Wied il-Għasel u l-post ta’ dispreżż lejn Jum il-Ħelsien’. Jidher ukoll David Agius li mar Xatt ir-Riżq flok Bernard Grech għaċ-ċerimonja uffiċċjali li tfakkar il-kisba tal-ħelsien 46 sena ilu.