Dan Beppe Fenech Adami jaħseb li l-poplu Malti hu imbeċilli u bħalissa għaddej b’kantaliena jivvinta xenarji assurdi u jakkuża lill-Gvern Laburista fuq investiment fl-armi għaliex fuq il-patrol boats u l-helicopters tal-AFM hemm il-machine guns!
Qed jakkuża lill-Gvernijiet ta’ Joseph Muscat u ta’ Robert Abela għaliex investew f’patrol boats ġodda tal-AFM u li huma moderni u mgħammra b’apparat teknoloġiku avvanżat u biex sar dan, ntużaw fondi Ewropej tad-difiża!.
Beppe Fenech Adami konvenjentement jevita li jkun onest mal-poplu u minflok jaħseb li jista’ jitnejjek bin-nies.
Il-kuntratt għax-xiri tal-helicopters mingħand l-Augusta tal-Italja sar fi żmien Gvern ta’ Larence Gonzi, u hu – Beppe Fenech Adami – kien id-de facto ministru għall-Intern – wara li Carm Mifsud Bonnici kellu jirreżenja mill-kariga wara vot ta’ sfiduċja!
Beppe Fenech Adami ma jgħidx li sieħbu l-Avukat Edward Debono kien l-Avukat tal-Augusta u tgħidx kemm offendikom dak iż-żmien li kontu se ċċedu l-kuntratt lill-Franċiżi, tant li għamel sensiela ta’ kawżi fil-Qorti biex jimblokka lill-Franċiżi, sakemm rebbaħ lill-Augusta!
Intant il-helicopters tlestew u kienu waslu Malta wara li nbidel il-Gvern fl-2013, u l-istess ġara bil-Patrol Boats tal-klassi ‘Diciotti‘ u kienu jagħmlu parti mill-ko-finażjament, mhux tal-fondi għad-difiża tal-UE, iżda mill-fondi għall-ħarsien ta-fruntieri mill-immigrazzjoni klandestina!
Id-‘diciotti’ kienu ddisnjatiu mibnija minn Fincantieri fl-Italja biex ikunu jistgħu jakkomodaw il-helicopters Taljani tal-Augusta/
U l-machine guns abbord?
Beppe, Patrol Boat li tgħasses il-kosta ta’ Malta, fruntiera tal-UE, x’patrol boat hi?
Insejt li l-machine guns jew kanuni jintużaw ukoll biex jisparaw warning shots kontra s-sajjieda Tuneżini meta jmorru jisirqu l-konsijiet tas-sajjieda Maltin? L-ewwel darba li ġrat?
Beppe għamel pjaċir lilek nnifsek, tibqax bil-mentalita’ antika li trabbejt biha, fejn tassew temmen li l-Laburisti huma injoranti.
Huma nies bħali li kienu ħdejk sal-2004, li jafuk, li jafukom, li jafu kif taħsbu u fejn kapaċi taslu biex takkwistaw il-poter.