Darren ‘il-Fox’ Grech illejla għażel li ma joffendinix bħalma s-soltu jħobb jagħmel fuq Facebook.
‘Il-Fox’ – magħruf għall-ammirazzjoni kbira tiegħu lejn Roberta Metsola u lejn il-Partit Nazzjonalista, jħobb juri kemm hu Bully u li ma jibża’ minn ħadd, u minn dak li jikteb fuq Facebook, il-lingwaġġ li juża hu kkulurit ħafna.
Miskin, Darren il-‘Fox’ ma jafx aħjar. Iħobb joffendi n-nies b’familthom u bir-rażża, sempliċement għaliex ma jkollux grazzja magħhom, l-aktar għaliex ikunu Laburisti.
Illum minflok ma nfexx joffendi lili għal dak li nikteb fuq il-PN, Darren ‘il-Fox’ Grech, għażel li jkun Nisrani ħafna u jinfexx f’San Lawrenż tal-Birgu, u dan kollu għaliex il-Birgu rebħu s-‘Shield‘ tar-Regatta!
Roberta, ma min rajtek xebbaħtek. Bi ħbieb bħal dawn, mhux ta’ b’xejn il-PN jinsab fis-sitwazzjoni li hu, u int komda Brussels!
Jekk dan mhux ‘Hate Speech’ u l-Pulizija tkun pronta biex tressaq Laburisti għal xejn b’xejn għax jikkummentaw fuq Daphne Caruana Galizia, għiduli allura x’inhi ‘hate speech!
Jum il-Ħelsien it-tajjeb Fox!