Ma kienx b’kumbinazzjoni li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech għażel li ma jattendix għaċ-ċerimonja uffiċċjali li tfakkar Jum il-Ħelsien f’Xatt ir-Riżq dalgħodu, jew Net News jiċċensura totalment il0kelma ‘Ħelsien’ mir-rapport tiegħu, jew ix-xenata fuq l-interpretazzjoni ta’ ‘Tema 79′ mill-kantanta Mary Spiteri waqt is-serata tal-klassiċi ta’ Mużika Mużika.
Il-Partit Nazzjonalista qatt ma aċċetta r-realta’ storika u politika tal-kisba tal-Ħelsien tal-31 ta’ Marżu 1979.
L-istorja hi xhieda ta’ dan u l-fażżjoni estremista tal-PN qed terġa timponi fuq il-partit, offensiva b’bojkott u dispreżż lejn dan il-Jum Nazzjonali.
Bil-PN fil-Gvern fl-1989, Jum il-ħelsien inbidel f’kaos totali f’Xatt ir-Riżq u fil-Birgu waqt ir-Regatta.
Il-Pulizija tal-SAG kienet sparat il-gass tad-dmugħ u attakkat mijiet ta’ partitarji tad
-Distretti tar-Regatta li kienu mal-familji u t-tfal jgawdu l-festa.
FILMAT TAL-INĊIDENTI TAL-31 TA’ MARŻU 1989