Kien long-weekend ikraħ għal Bernard Grech u għall-Partit Nazzjonalista hekk kif mill-Ġimgħa beda jġemma’ l-għadab tal-poplu kontrih għall-kummenti stupidi dwar il-kantanta Mary Spiteri li waqt Mużika Mużika interpretat ‘Tema 79’ .
Bernard Grech poġġa ċ-ċirasa fuq il-kejk b’attendenza fqira ħafa għall-attivita’ tiegħu fil-Kalkara l-bieraħ filgħodu, bix-xita tħarbatlu kollox u kellu jiċċaqlaq fil-każin tal-PN, u segwita minn għadd ta’ statements biżarri, fosthom dwar il-miljunarji!
RITRATT: L-attendenza fqira għall-attivita ta’ bernard Grech fil-kalkara l-bieraħ
Intant, Bernard Grech ġemma wkoll l-istemerrija tal-poplu Malti li dalgħodu għażel li ma jattendix għaċ-ċerimonja uffiċċjali tal-Istat mal-Monument tal-Ħelsien fil-Birgu.
Minfloku, Grech bagħat l-aktar deputat irrilevanti fil-Grupp Parlamentari tiegħu, David Agius.
Net News intant għażel li jirreferi għal Jum il-Ħelsien bħala l-‘festa tal-31 ta’ Marżu’ bla ma qatt semma’ l-kelma Ħelsien mkien.