RITRATT: L-Isqod Awżiljarju Mons. Galea-Curmi (xellug) waqt sessjoni ta’ talb tal-COMECE
Il-Kummissjoni tal-Konferenzi tal-Unjoni Ewropea tal-Isqfijiet (COMECE) ħarġet dikjarazzjoni mill-aktar b’saħħitha kontra l-isforżi tal-President tal-Parlament Ewropea Roberta Metsola u tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen biex l-Ewropa tinvesti fl-armi.
L-Isqfijiet Ewropej appellaw lill-Unjoni Ewropea biex tieħu pożizzjoni deċiżiva ta’ tmexxija bħala “forza magħquda, ta’ fiduċja, u waħda li tagħqad”.
L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi attenda f’isem l-Arċidjoċesi Metropolitana ta’ Malta u ngħaqad ma’ isqfijiet minn madwar l-Unjoni Ewropea din il-konferenża li matulha, l-Isqfijiet għarfu l-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea li “żieda fin-nefqa għad-difiża jew investiment ieħorb f’dan ir-rigward m’għandux jiġi akkost ta’ sforzi li jippromwovu d-dinjità umana, il-ġustizzja, l-iżvilupp uman integrali, u l-ħarsien tal-ambjent.”
Hawnhekk, l-Isfqijiet saħqu fuq l-importanza ta’ Ewropa li żżomm mal-impenn storiku tagħha lejn il-prinċipju tas-solidarjetà.