L-avukat skreditat ta’ Repubblika Jason Azzopardi qed jagħmel minn kollox biex jgħatti xturu u l-investigazzjoni li għaddejja fil-konfront tiegħu mill-awrtoritajiet dwar evażjoni fiskali u ġid mhux spġjegat.
F’tentattiv li jaħbi din ir-realta’, Azzopardi minflok qed jipprova jirrikatta lill-Gvern Laburista b’għadd ta’Inkjesti oħra li hu deċiż li jagħmel, bl-iskop li jiġġieled din l-investigazzjoni.
Filwaqt li bħalissa Azzopardi għaddej b’kampanja qalila biex in-nies tattendi għall-protesta ta’ Repubblika fil-Belt nhar l-Erbgħa li ġej biex tkun imblukkata r-riforma għal-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali, il-Prm Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela il-bieraħ kien ċar fid-diskors li għamel f’Xatt ir-Riżq, li “jistgħu jgħajtu u jħabbtu kemm iridu fuq il-borom, għax il-Liġi li tirriforma l-Inkjesti u taqta’ l-abbuż tal-persekuzzjoni se tgħaddi.”