Fit-tieni parti tas-serje nikxfu l-ipokreżija ta’ Manwel Delia, se nkomplu nuru kif il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett qed jibda jsewwi l-ħsara li wiret il-Gvern Laburista mingħand dak li llum jipprofessa lilu nnifs bħala l-‘paladin tar-Rule of Law’ meta sa ftit snin ilu qas jaf x’kienet tfisser!.
Manwel Delia li llum jippoppa sidru bħala l-pseudo werriet tal-legat ta’ Daphne Caruaa Galizia, llum jitkellem fuq ir-‘Rule of Law’ u jippretendi r-riżenji ta’ kulħadd li hu Laburist.
Delia jrid ir-riżenji ta’ kulħadd, barra tiegħu, meta kien fl-obbligu li jagħmlu meta kien de facto ministru għat-trasport fil-Ministeru ta’ Austin Gatt qabel l-2013,
Tiftakru meta Manwel Delia sostna mal-MaltaToday li m’għandu jagħmel l-ebda apoloġija għall-istraġi mwettqa minnu fl-Arriva?
Kien lejliet l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013, u ġiet l-Elezzjoni – l-istess elezzjoni li radmet lill-Ministeru t’ Austin Gatt bl-iskandu tal-korruzzjoni multi-miljunarju taż-żejt – u Manwel Delia ħareġ bħala kandidat tal-PN fuq il-5 Distrett.
Delia ma nġabarx. Kiseb ftit aktar minn 450 vot biss!
X’kien ifisser dan? li Manwel Delia seta eżonera lilu nnifsu mill-istraġi fit-trasport fil-pajjiż u rrifjuta li jagħmel apoloġija, iżda l-elettorat ħa nota, u żammu l-barra mill-Parlament bl-aktar mod umiljanti. 450 vot biss, f’distrett fejn nefaq ħafna flus u għamel dak kollu li seta biex imbotta lilu nnifsu.
Iżda l-elettorat ta risposta lil Manwel Delia għall-arroganza tiegħu, identika għall-imgħallef Austin Gatt, li permezz tagħha emmen li seta jkun hu ‘s-salvatur’ tal-problemi tat-traffiku fil-pajjiż.
Mhux biss tat-trasport pubbliku fejn rvina l-għixien tas-sidien tat-trakkijiet tal-linja l-antiki, iżda billi bellgħaha lill-Gvern li jdejjaq il-korsiji u mhux iwessa’ l-arterji prinċipali tal-pajjiż.
Dan għamlu f’Burmarrad, fiċ-Ċirkewwa, f’Buqana, f’San Ġawl, f’Ħ’Attard, f’Birżebbuġa u tant postijiet oħra.
Delia kien responsabbli biex inġieb espert Ġermaniż Malta biex għadda t-teorija biżarra tiegħu lill-Gvern tal-Prim Ministru Larence Gonzi, li biex tnaqqas it-traffiku trid iddejjaq it-toroq mill-wisa’ tagħhom, tnissel il-frustrazzjoni fis-sewwieq, u b’hekk taqtalu qalbu milli juża l-karozza. Ġenju!
Dak kien ifisser li malli kien elett fil-Gvern il-Partit Laburista kellu bilfors joħroġ mijiet ta’ miljuni biex fetaħ, wessa, bema mill-ġdid u għamel ri-disinn totali tan-network ta’ toroq, filwaqt li kellu jaghħmel tajjeb għal programmi u iniżjattivi biex jindirizza ż-żieda qawwija fl-użu u x-xiri ta’ karozzi sforż is-suċċess ekonomiku.
Manwel Delia, li sa l-2014 qatt ma tkellem fuq riżenji u rule of law, kien iddefenda kollox ta’ Larence Gonzi u Austin Gatt, minkejja l-iskandli, iżda jekk irid isejjaħ għal riżenji jew jirkeb jew irewwaħ frustrazzjoni fil-poplu lati, għandu definittivament jibda minnu nnifsu.
Għal li jmiss