L-establishment tal-Partit Nazzjonalista fetaħ gwerra kontra Alex Borg, u f’temp ta’ ġimgħa minn stqarrija tiegħu fuq il-Podsact ta’ Ricky Caruana, l-Eżekuttiv tal-PN ħabbar li approva l-kandidatura tal-attivist ambjentali Għawdxi Luke Said.
Il-mossa qed tkun deskritta minn mkejjen fil-PN, bħala l-bidu tal-gwerra tal-establishment kontra t-‘theddida’ ta’ Alex Borg f’Għawdex li qed irabbu saqajn sodi li qed jhedded l-istabbilita tal-establsihment, bil-pretenżjonijiet tiegħu għat-tmexxija tal-PN.
RITRATT: L-attivist żagħżugħ Luke Said
Il-mossa tal-Eżekuttiv li japprova bla avviż lil Luke Said – li għad għandu 21 sena – bħala Kandidat għall-Elezzjoni Ġenerali fuq Għawdex, għandha implikazzjonijiet ferm akbar milli wiħed jista jaħsen.
Luke Said hu attivist prominenti fi ħdan l-NGO ambjentali ‘Għawdix’ u dan l-aħħar tinsab impenjata biex twaqqaf l-iżvilupp propost tal-Forti Chambray.
Luke Said hu wieħed mill-firmatarji ta’ stqarrija iebsa li ħareg l-NGO ‘Għawdix’ li kkundannat kliem Alex Borg favur l-iżvilupp tal-Forti Chambray, minn negożjant Għawdxi li hu magħruf li hu wara l-kampanja ta’ Alex Borg.
Tant kienet b’saħħitha l-istqarrija ta’ ‘Għawdix’ fil-konfront ta’ Alex Borg, li l-istess Borg kellu juża l-pożizzjoni tiegħu bħala x-shadow minister għal Għawdex biex iwieġeb.
Eżatt malli l-Eżekuttiv (immexxi minn nies leali lejn il-kap de facto Karol Aquilina) approva l-kandidatura ta’ Luke Said, Bernard Grech mar Għawdex u tkellem b’appoġġ indirett għall-ħsibijiet ta’ Alex Borg fuq il-Forti Chambray, billi ddikjara li jekk il-PN ikun elett fil-Gvern, “se jespandi l-port tal-Mġarr.”
Din id-dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech qajjmet furur mal-attivisti eko-ambjentali Għawdxin, u Luke Said kien pront ħareġ video promozzjonali li jħabbar il-kandidatura teigħu, li jinkludu filmati tal-Forti Chambray u tal-Port tal-Mġarr bħala siti li se jkun qed jiġġieled fuqhom!