Għażiż sewwieq, żagħżugħ jew m’intix.
Nitolbok biss ftit sekondi mill-attenżjoni tiegħek, biex meta terġa tinqabad fit-traffiku, tiftakar f’dan ir-ritratt.
Dawn huma l-eks Ministru Austin Gatt (xellug) u Manwel Delia (lemin).
Qed nistiednek żżomm f’moħħok dan ir-ritratt, għaliex qabel l-2013 kienu għamluha l-politika uffiċċjali tal-Gvern – dakinhar mmexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi – li l-uniku mod kif tnaqqas it-traffiku, kien billi joħloqlok l-ambjent għall-frustrazzjoni bit-traffiku.
Fil-fatt, kienu ġabu espert Ġermaniż li kkonvinċihom li l-arterji tal-pajjiż (il-highways biex niftiehmu) kellhum jidjiequ għal ‘single lane’ u mhux b#ħafna korsiji!
Kienu djiequ f’daqqa’ waħda l-arterji ta’ H’Attard, tal-Mosta, ta’ Burmarrad u taċ-Ċirkewwa, ta’ Birżebbuġa u diversi bnadi oiħra.
Dan apparti d-diżastru totali li li waslu għall-falliment tat-trasport pubbliku bl-Arriva!.
Austin Gatt illum sparixxa, iżda Manwel Delia llum jiddandan bir-Rule of Law u jitlon għar-riżenji ta’ kulħadd, barra tiegħu u ta’ sieħbu Austin, meta kien Ministru tiegħu, u taħtu seħħ l-iskandlu multi-miljunarju taż-żejt u l-fjask Arriva.
Illum sħab Manwel Delia qed jgħidulna li għandhom is-soluzzjonijiet għat-traffiku!
Mur afdahom! Ftakar fiż-żieda fil-petrol u d-diesel kull xahar, li dejjqu t-toroq, u dejjqu pajjiż sal-lum stess!
Għalissa mmemoriżżaw u mmortalaw dan ir-ritratt.
Se nirritorna b’affarijiet oħra.