Mil-lum se nibdew serje ta’ stejjer li se juru bil-provi kif il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett, beda bil-fatti jsolvi l-problemi l-kbar li ħoloq Manwel Delia fis-settur tat-trasport fil-pajjiż.
Dan għaliex Manwel Delia qatt ma kien paladin tar-‘Rule of Law, fi żmien Gvern tal-PN fejn serva bħala ċ-Chief of Staff tal-Ministru Austin Gatt, iżda kien il-bniedem l-aktar importanti fil-pajjiż fejn jidħol it-trasport.
Manwel Delia bdiet taħarqu tant qalbu għar-‘ Rule of Law’ mindu l-PN mar fl-Oppożizzjoni fl-2013, u injora kull sejħa għar-riżenja ta’ Austin Gatt dak iż-żmien.
Iżda dan li llum qed jippoża tal-paladin tar-‘Rule of Law‘ għandu ħafna x’jirripsondi għall-frustrazzjoni ta’ eluf ta’ sewwieqa llum.
Il-parti l-kbira ta’ din il-frustrazzjoni hi dovuta għall-inkompetenża ta’ Manwel Delia fis-sistema tat-trasport pubblika bl-Arriva, tant li falliha b’riżultat tad-deċiżjonijiet żbaljati tiegħu.
Manwel Delia għandu jirrispondi għan-nefqa multi-miljunarja li kellu jidħol għaliha Gvern Laburista mill-2013 li kellu jibda jikkoreġi l-iżbalji enormi fl-infrastruttura.
Delia llum hu skars ħafna milli jitkellem fuq il-parir tal-espert Ġermaniż li kien ġab Malta biex bellgħaħha lill-Gvern ta’ Gonzi, li biex tnaqqas it-traffiku, trid iddejjaq it-toroq u tniżżilhom għal single lane!
Delia kien saħansitra jagħti l-pariri bi preżentazzjonijiet lill-Kabinett ta’ Gonzi li meta ddejjaq l-arterji, tġloq il-konġestjoni, u b’hekk in-nies tiddejjaq milli tuża l-karozza. Ġenju!
Niftakru lkoll l-arterji li jwasslu għal Burmarrad, għaċ-Ċirkewwa jew għall-Mosta kemm djiequ bejn l-2010 u 2013?
Dan mgħadud mal-fjask fit-trasport pubbliku bl-Arriva, Gvern Laburista llum qed jipprova jsewwi l-ħsara li saret minn żmien Manwel Delia, u fl-istess ħin jindirizza l-ħsara kollaterali tas-suċċess ekonomiku li nkiseb fil-pajjiż mill-2013 ‘l hawn, fejn żdiedu l-karozzi u n-nies fil-pajjiż li qed jipproduċu u jikkontribwixxu għġat-tkabbir ekonomiku.
Fil-posts li jmiss se nesponu l-politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern qabel l-2013 u x’viżjoni kellhom għat-trasport.
Illum fil-Kalkara, il-Partit Nazzjonalista u Bernard Grech kellhom jitkelklmu fuq il-miżuri ta’ mitigazzjoni tat-traffiku, madankollu, baqa’ ma ntqal xejn, għajr kummenti minn esponenti fil-meżżi soċjali li ddikjaraw affarijhiet strambi ħafma.
Fost dawn id-dikjarazzjonijiet strambi hemm Bernard Grech li f’temp ta’ 24 siegħa qal li l-proposta ta’ €25,000 lil min iċedi l-liċenżja kienet idea tal-PN, u llum qal li hi short sighted!.
X’inhu short sighted? il-proposta tal-PN?
Għal li jmiss…