L-aħwa militanti estremi tal-Partit Nazzjonalista Robert u Karol Aquilina bil-kpiepel rispettivi u konvenjenti li jilbsu kienu pronti biex wieġbu għas-sejħa ta’ appoġġ minn sigrieta, wara li ħafna rapporti li kixfu l-sikandli li fuqu hi msejsa l-Inkjesta dwar l-Isptarijiet.
Għaliex esponenti Laburisti u One News bdew jiżvelaw id-dettalji tal-intriċċi u l-manuvri li saru biex bl-iskuża tal-inkjesta jitressaq il-Qorti Joseph Muscat u diversi nies oħra, l-aħwa Aquilina kellhom jirrikorru biex jirrispondu għas-sejħa ta’ protezzjoni mingħand min qed jiffaċċja r-responsabbilta’ ta’ esperti opportunisti, li tħallsu l-miljuni, li ma jridux jixħdu, li qed ixolju l-kumpanniji, u lanqas kellhom il-kredenżjali biex jaħdmu ta’ esperti.
L-aħwa Aquilina, li ħalfu li se jagħmlu minn kollox biex jirreżistu li l-każ kontra Joseph Muscat jikkollassa, qed iħejju għal protyesti fil-ġimgħat li ġejjin quddiem il-Qorti fi sforż li jinfluwenżaw lill-Avukat Ġenerali u lill-Qrati u jiskartaw l-evidenża ta’ manuvrar partiġġjan li kien hemm wara l-każ.
Illum ħarġu stqarrija “jikkundannaw” dak li fissru bħala “attakk” fuq il-Maġistrat Gabriella Vella.