Tal-Partit Nazzjonalista mingħalihom li akkwistaw lil Cristiano Ronaldo bil-ħatra ta’ Charles Bonello bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid. Jiġi biex jagħmel diskors, u balleċ! Joħroġ b’perla bħalma qed taraw bħala titlu!
Possibbli li dan Charles Bonello, apparti li jqabbel Mużika Mużika mal-Korea ta’ Fuq, hu daqstant intelliġenti li kulma hu kapaċi jirrepeti mantra skaduta, riċiklata u rifjutata mill-elettorat?
Charles Bonello kellu jidħol għall-kenn tal-każin nazzjonalista tal-Klakara dalgħodu, wara li messet lilu tixriba malli tela biex jitkellem waqt li keinu għadhom fil-pjazza l-ġdida u riġenerata minn Gvern Laburista.
Qabel ix-xita fuq il-Kalkara, laħqu tkellemu żewġ ‘ġenji’ oħra tal-PN.
Araw it-titli u ġġudikaw inthom fuq din il-mantra ġdida…