Repubblika u Jason Azzopardi qed juru sinjali ċari ta’ disperazjoni hekk kif qed iżidu fil-kampanja tagħhom kontra r-riforma proposta mil-Gvern għal-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali,.
Mingħajr ma jamettu qatt li r-riforma fil-Liġi qed isseħħ bl-iskop li jinqata’ l-abbuż bl-Inkjesti għal skopijiet totalment partiġġjani, Repubblika, Jason Azzopardi, Manwel Delia u issa anki l-Partit Nazzjonalista permezz ta’ Karol Aquilina, qed jużaw is-saħħa kollha li jistgħu jiksbu permezz tal-istampa indipendenti b’artikli u posts fuq il-meżżi soċjali biex jiksbu appoġġ tal-aħħar qabel ma tgħaddi l-Liġi.
Fis-siegħat li għaddew wieħed seta’ jinota ferneżija ta’ posts fuq il-meżżi soċjali u fl-istampa indipendenti b’appelli għall-protesta ta’ nhar l-Erbgħa fil-Belt.
RITRATT: Jason Azzopardi u Robert Aquilina
Il-kampanja kontra din ir-riforma qed tkun orkestrata mill-aħwa Robert u Karol Aquilina, li ħadu f’idejhom it-tmexxija tal-ala militanti u estremi tal-Partit Nazzjonalista, fi ħdan u barra l-partit bl-iskop li jqajjmu kampanja ta’ diżubbidjenża ċivili kontra din l-istess riforma.
RITRATT: L-aħwa Robert u Karol Aquilina
F’riklami li qed jittellgħu fuq il-meżżi soċjali, Repubblika u s-satelliti tagħhhom qed jappellaqw lin-nies biex iġibu magħhom borom, mgħaref tal-injam u sfafar, eżatt kif kien u għamlu fl-2019 biex għamlu l-presssjoni biex jirriżenja Joseph Muscat minn Prim Ministru.
Repubblika ilha għal dawn l-aħġħar xhur thedded li trid tneħħi lil Robert Abela minn Prim Ministru.