Id-Deputat Nazzjonalista Rabti Charles ‘Sajjetti’ Azzopardi kixef lilu nnifsu b’filmat li għamel fuq TikTok, jippoża mal-bieb ta’ barra tal-ħanut lussuż Harrods f’Londra fil-jum li l-PN iddimostra fil-Belt kontra dak li fisser bħala l-‘Gvern li Falla’ fosthom bl-‘għoli tal-ħajja’.
Fil-filmat, Charles Azzopardi jidher jippoża mal-vetrina tal-aktar ħanut għoli fil-kapitali Ingliża, liebes backpack u kien evidenti li l-filmat inġibed waqt li kien shopping fl-akkwata ta’ Knightsbridge, li hi magħrufa bħala l-aktar żona għolja f’Londra kollha.
Charles Azzopardi nfexx f’litanija ta’ aġġettivi lejn il-Gvern Laburista u ironikament – waqt li kien shopping f’Knightsbridge – qal li kien qed jiddispjaċiħ li ma setax jattendi d-dimostrazzjoni fil-Belt ntiża li twassal messaġġ kontra l-għoli tal-ħajja fost affarijiet oħra.
Azzopardi kien suppost qed jattendi bħala parti minn delegazzjoni tal-Parlament Malti għal konferenza tal-Commonwealth f’Londra.
Għall-kurżita Charles, kemm hu sandwich f’Knightsbridge?
Għax l-aħħar li kelli uffiċċju hemmhekk, l-irħas li sibt kien 20 Sterlina!