iżolat u jilgħaq il-feriti tiegħuwara l-aħħar umiljazzjoni sforż il-gideb tiegħu stess, issa Jason Azzopardi mbarka fuq strateġija assurda ta# ‘total denial’ u qed jipprova jinħeba mill-froġa tiegħu stess dwar l-ID Cards foloż, li tat imbotta għal dawn l-aħħar xhur, tant li l-PN għamilha tiegħu u Bernard Grech u Deputati tiegħu irrepetew sal-ġimgħa li għaddiet.
Fuq Facebook, Jason Azzopardi kien qed iwieġeb għall-krikika ta# mijiet li sfidawh jassumi r-responsabbilta’ ta’ din l-aħħar gidba żvelata b’xhieda fil-Qorti.
Azzopardi issa qed isostni li hu qatt ma ħareġ jgħid li kien hemm 18,00 ID card falża!
F’eżerċizzju ta’ riċerka li għamel One News, jirriżulataw dawn l-istqarrijiet kollha ta’ Jason Azzopardi fuq is-suġġett.
F’Lulju tas-sena l-oħra, l-avukat tal-establishment Nazzjonalista kien diġà tkellem dwar skandlu li fih hemm involuti 18,000 ID Card.
F’kitba oħra, Azzopardi mill-ġdid reġa’ semma l-ammont ta’ 18,000 dokument tal-identità. Kien ukoll involva isem is-Segretarju tal-Kabinett, Ryan Spagnol, li fil-konfront tiegħu kien spiċċa wkoll jammetti li kien gideb u kellu jirtira kollox.
Iżjed riċenti, l-avukat tal-għaqda Repubblika kompla jenfasizza l-invenzjoni tiegħu mal-Lovin’ Malta.
“L-implikazzjonijiet huma kbar ħafna … imma hawn qed nitkellmu fuq eluf ta’ nies, eluf kbar ta’ nies li rċevew u ngħataw minn Identity Malta …”.