L-MEP Nazzjonalista Peter Agius xeba’ jgħid lit-tmexxija tal-PN, li fi Brussels qed iħossu orfni, għaliex kemm Roberta Metsola u anki David Casa qas biss qed jagħtu kasu u ma jinvolvuh f’xejn!
Dan l-aħħar reġa’ beda jiċċirkola ritratt ta’ Peter Agius ma# Cassola minn nies viċin tiegħu bl-0iskop li jibgħatu messaġġ lit-tmexxija tal-PN.
Skont dawn in-nies, ir-ritratt li ilu li kien pubblikat fuq Facebook hu l-uniku mod kif forsi tinġibed l-attenżjoni tat-tmexxija tal-PN fl-assenza ta’ kooperazzjoni miegħu minn Metsola u Casa.
Ir-ritratt iżda qed ikun backfire għal Peter Agius, għaliex ma tantx qed jinżelt tajjeb fil-PN hekk kif qed isostnu li l-għażla li jippoża u juri alleanza ma’ Arnold Cassola – li llum waqqaf partit politiku ġdid – qed jirriżulta bħala mossa politika stupida, għaliex illum Cassola qed jiġri wara l-voti tal-PN, u Peter qed itihomlu fuq platt tal-fidda!
Nifhmu li dan ir-ritratt li qed jiċċirkola qajjem rabja kbira fid-Dar Ċentrali b’ħafna jistaqsu dwar xi kwalita’ ta’ moħħ politiku għandu Peter Agius! Wħud fissru r-ritratt bħala ‘The Two Ronnies”.