Tal-Partit Nazzjonalista, kif ukoll ta’ Repubblika baqgħu muti u ma ppubblikaw l-ebda reazzjoni pubblika biex kull Membru Parlamentari, inklużi dawn tal-Oppożizzjoni jkunu obbligati b’Liġi biex jiddikjaraw l-assi kollha tagħhom.
Għalkemm pubblikament ma saret l-ebda stqarrija, fi ħdan l-Oppożizzjoni tqajjem agħa kbira bil-Grupp Parlamentari tal-PN jeħodha kontra Karol Aquilina li qajjem il-kwistjoni tal-assi ma’ Repubblika, u spiċċaw huma bħala MPs tal-Oppożizzjoni ffaċċjati b’realta’ ġdida li huma wkoll se jkollhom jiddikjaraw l-assi tagħhom b’Liġi.
L-MPs Nazzjonalisti huma lesti biex jiddikjaraw gwerra kontra l-Gvern, għaliex ma jridux li anki huma jkunu koperti bid-dikjarazzjoni tal-assi u l-ġid tagħhom.
L-obbligu li kull Membru Parlamentari – inkluż tal-Oppożizzjoni – għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-assi u l-ġid tiegħu, qed ikun propost mill-Gvern bl-iskop li jwessa’ l-prinċipju tat-trasparenza fuq il-politiċi eletti fil-Kamra tar-rappreżentanti.
S’issa d-dikjarazzjoni tal-assi mill-Membri tal-Gvern hi prassi bi tradizzjoni iżda mhux b’obbligu legali.
Issa, il-Gvern miexi biex jipproponi li b’Liġi, kull parlamentari għandu jiddikjara l-assi u l-ġid kollu tiegħu jew tagħha.