Bl-istess kejl tal-post assurd ta’ Michael Piccinino li l-bieraħ fissser xhieda ġuramentata fil-Qorti li turi kif kienu biss 7 u mhux 18,000 l-ID cards foloż, allura dan espona lill-MEP Peter Agius għal reat kriminali meta qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda, irreġistrat lilu nnifsu f’indirizz falż.
Piccinino l-bieraħ pprova jiġġustifika li l-PN għandu raġun fuq tal-ID cards, billi bl-aktar mod assurd ħallat każ kriminali quddiem il-Qorti dwar falsifikazzjoni ta’ ID Cards għal barranin, ma’ rikorsi li saru mill-PN qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda meta kkontesta votanti li kienu reġistrati bħala residenti fi blokka ġdida tal-housing fis-Siġġiewi.
Piccinino pprova jxejjen ix-xhieda li ħarrfet għal kollox il-gidba tat-18,000 ID card falża billi qal li l-Gvern Laburista qed jigdeb għaliex fuq tas-Siġġiewi l-Qorti ordnat li jitħassru 99 ID Card tal-votanti fil-blokka.
Li ma qalx Piccinino, hu li dawk ma kienux ID Cards foloż, iżda ordni mill-Qorti biex dawk il-votanti jiġu mreġġa lura għall-IS Vards ta’ qabel u jivvutaw fuq l-indirizz li kellhom qabel ma ċċaqilqu lejn il-blokka l-ġdida fis-Siġġiewi.
Jekk għal Michael Piccinino l-każ kontra żewġ persuni fil-Qorti li allegatament organizzaw racket bl-ID cards foloż għall-barranin hu l-istess bħal tas-Siġġiewi, allura jfisser li Piccinino qed jistieden lill=awtoritajiet jieħdu l-passi kriminali wkoll kontra l-MEP tiegħu Peter Agius.
Dwar dan, id-Deputat Mexxej Laburista Alex Agius Saliba dak inhar kien kiteb formalment lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa biex jittieħdu l-passi kontra Peter Agius hekk kif One News kien żvela kif għal skopijiet elettorali kien irreġistra lilu nnifsu bħala votant f’oindirizz fejn ma kienx qed joqgħod.
Il-memorja għall-PN hi qasir wisq u r-raġunar hu bażwi u ma jagħmel l-ebda sens.