Għal Michael Piccinino ix-xhieda fil-Qorti li kkonfermat li kienu 7 biss u mhux 18,000 l-ID cards foloż, hi ‘fake news’.
Biex jiġġustifika dan, l-eks Segretarju Ġenerali tal-PN għażel li jħawwad u minn fuq għajjar lil Labour ‘giddieb@
F’post fuq Facebook, Piccinino qal li bħala prova wieħed għandu jara l-kawżi ta’ rikors elettorali li kien ressaq quddiem il-Qrati f’Mejju tas-sena li għaddiet qabel l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
Mingħajr ma speċifika, Piccinino kien qed jirreferi għas-sensiela ta’ rikors li kien għamel fuq ir-residenti tal-blokk il-ġdid tal-housing fis-Siġġiewi.
Bl-aktar mod assurd u li ma għandu x’jaqsam xejn, l-eks Segretarju Ġenerali sostna li l-‘fake news’ tas-7 ID Cards, hi ppruvata mid-deċiżjoni tal-Qorti li jitħassru 99 karta tal-Identita.
Il-qerq ta’ Piccinino f’dak li kiteb joħroġ mill-fatt li s-sejbien ta’ 7 ID cards foloż u mhux 18,000 kif nefħu b’tant assidwita’ Jason Azzopardi u l-Partit Nazzjonalista, kienu jikkonċernaw każ kriminali f’allegat ‘racket’ fl-għoti ta’ permessi għal residenża u xogħol lil barranin minn pajjiżi terżi.
Id-99 karta tal-identita li Piccinino qal li kienu ordnati li jitħassru ma kellhom x’jaqsmu assolutament xejn ma’ dak il-każ.
Id-99 huma ċittadini Maltin, li kellhom ID card tagħhom bl-indirizz fuq il-blokka l-ġdida tal-kousing fis-Siġġiewi, u ma kienux foloż!
Meta l-Qorti ordnat li jitħassru (għal skopijiet tar-Reġistru Elettorali) dawn ir-residenti kellhom jinqalbu lura għall-indiriżż preċedenti.
Daqshekk hi assurda l-istqarrija ta’ Michael Piccinoio fuq Facebook, b’tgħajjir ta’ ‘giddibin’ lill-Laburisti u t-tabella ta’ ‘fake news’.
Tal-bliegħ!