Alla Jbierek kemm għandha idejha ħafifa l-NGO ‘Repubblika’.
Siegħat biss ftit wara li ‘The Times’ ippubblikat storja b’allegazzjonijiet fil-konfront ta’ James Piscopo, Repubblika kienet pronta b’talba lesta għal inkjesta maġisterjali.
Filwaqt li minflok Jason Azzopardi, fin id-darva Repubblika kienet ‘strateġika’ li tuża lill-President Vicky-Anne Cremona biex tiffirma t-talba għall-inkjesta, osservaturi qed jikkummentaw dwar kif Repubblika kellha kollox lest biex ressqet din it-talba, siegħat biss wara li The Times ħarġet bl-istorja.
Nifhmu li dak li ppubblikaw The Times il-bieraħ ħa ġimgħat twal ta’ preparazzjoni, iżda għal Repubblika, siegħat biss!
Mhix kumbinazzjoni li Repubblika kellha kollox lest?