Warbulu l-aħwa!
David Casa qalilna li dieħel għal laqgħa fuq dak li fisser bħala “negożjar ta’ direttiva ġdida kontra l-korruzzjoni mal-gvernijiet Ewropej.”
Fil-post tiegħu, li jinkludi ritratt tiegħu jippoża b’sidru miftuħ, David Casa jgħid li “se nkunu b’saħħitna biex ikollna liġi effettiva li tħalli impatt kontra l-kriminalita.”
Prosit David! Nitttama li din il-liġi tkopri lil dawk l-MEPs li marru jżuru lil Maria Efimova fil-ħabs fil-Greċja, mara mfittxija mill-ġustizzja f’Malta għal diversi reati serji, fosthom dwar serq minn Bank u l-gidba Egrant.
David Agius illum jagħżel li ma jitkellimx aktar fuq Efimova.
Għall-pożi ma jgħaddih ħadd lil David Casa! Mank naraw ritratt wieħed tiegħuma’ ‘sieħbu’ Peter Agius, għaliex tgħidc kemm qed jaħdmu id f’id fi Brussels.
Tajjeb ukoll li din il-liġi tkopri wkoll lil dawk il-partiti politiċi – bħall-Partit Nazzjonalista – li ilhom erba’ snin joperaw bla ma jippubblikaw il-kontijiet bi ksur sfaċċat tal-Liġi dwar il-Finanżjamenti tal-Partiti.