Għad-Deputat Nazzjonalista David Agius, dan is-sit reżistenza.org hu ‘estremista’!
Agius qal dan waqt il-programm tiegħu fuq Smash.
Jidher li Agius ħa għalih għaliex ktibna biex infakkruh li quddiem ix-xena tal-Oppożizzjoni li ġimgħa ilu ħarġet il-barra mil-Kamra tar-Rappreżentanti biex ‘ipproteġiet’ lil Karol Aquilina, nesa li hu jokkupa l-kariga ta’ Deputat Speaker.
David Agius hu fost dawk l-eponenti tal-PN li malli titkellem fuqu jkun l-ewwel wieħed li jċempel lill-Prim Ministru, lill-President tal-Partit u anki lid-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista bl-iskop li nitwaqqfu milli nitkellmu.
Jekk għal David Agius dan is-sit hu estremist, jidher ċar li għal darb’ oħra jippreferi jinjora r-realta fid-dar tiegħu għaliex hu ċar li hu sar ‘immune’ għall-estremiżmu sfaċċat ta’ wħud minn sħabu fil-PN fil-PN stess.