Il-Gvern Malti hu impenjat li jagħti l-kenn u l-wens lil refuġjati li ħaqqhom, iżda mhux se jħalli lil min ma ħaqqux, tant li anki barranin li jwettqu reati f’pajjiżna għandhom ikunu deportati.
Dan sostnih il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti lill-ġurnalisti, meta kien qed iwieġeb għal mistoqsijiet tagħhom relatati mal-pożizzjoni konġunta li esprimew fi Brussels numru ta’ mexxejja Ewropej il-ġimgħa li għaddiet dwar il-ħtieġa ta’ aġġornament taċ-Charter dwar id-Drittijiet tal-Bniede,
Filwaqt li l-qofol u l-prinċipji bażiċi ta’ dan iċ-Charter mhux se jkunu mittiefsa, l-Prim Ministru spjega li l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen qed tħejji dokument ta’ reviżjoni lehali li permezz tiegħu għandu jkun iffaċilitat il-proċess ta’ deportazzjoni ta’ immigranti rregolarti.
Il-Prim Ministru kien ċar li spjega li Malta u l-Ewropa qed jaħdmu favur is-sigurta’ taċ-ċittadini tagħha u favur it-tisħiħ tal-konfini tagħhom, billi tara li diversi liġijiet li huma f’kunflitt ma xulxin ma jkunux ta’ tfixkil għad-deportazzjoni ta’ barranin minn pajjiżi terzi li ma jkunx ħaqqhom ażil, protezzjo i jew li jkunu jwettqu reati.