M’hemmx limitu għall-ezaġerazzjonijiet sproporżjonati u assurdi ta’ Jason Azzopardi! M’humiex biss is-sensiela ta’ ċaħdiet mill-Qorti għat-talbiet għall-inkjesti li qed jumiljawh, iżda issa huma l-investigaturi fuq l-allegazzjonijiet tiegħu dwar uppost ‘racket’ tal-ID cards, li ssib kif ma kienux 18,000 ID Card falża, iżda (7) biss.
F’xhieda li nstemgħetfil-Qorti dalgħodu meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ dwar l-allegazzjonijiet ta’ Jason Azzopardi, kien spjegat li minn investigazzjonijiet li fuq diversi ittri fuq indirizzi ħżiena, ftehimiet ta’ kirjiet u anke kontijiet tal-internet, irriżultaw biss seba’ karti tal-identità foloz.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, dak li kien iċ-Chief Head of Compliance ta’ Identità, Claudio Spiteri, kien mistoqsi dwar l-allegazzjonijiet ta’ eluf ta’ karti ta’ identità foloz kif allega Jason Azzopardi.
Spiteri wieġeb li quddiem Identità kien hemm biss 16-il fajl u dawk l-eluf kollha li ssemmew, qatt ma kien sema’ bihom.
B’rabta ma’ dan il-każ, hemm akkużati Maria Rita Spiteri ta’ 32 sena, li kienet taħdem ma’ Identità, u Bernard Attard ta’ 33 sena.
Spiteri u Attard jinsabu mixlija b’tixħim, ħasil ta’ flus u serq ta’ identitajiet