Robert Aquilina ta’ Repubblika, beda jirrikorri minn dalgħodu għal strateġija ta’ emerġenza ġdida, hekk kif hu imminenti li jikkollassa l-każ kontra Joseph Muscat fil-każ dwar il-konklużjonijiet tal-Maġistrat Gabriella Vella dwar l-Isptarijiet.
Aquilina m’għadux jitkellem dwar l-Inkjesta tal-Maġistrat Vella, iżda beda jiggranfa ma’ l-arċi-għadu ta’ Repubblika u ta’ Occupy Justice u Justice For Daphne Foundation: Adrian Delia!
Dan billi issa qed ikollu juża lil Delia bħala l-uniku karta li fadallu biex isalva l-kredibilita’ kemm tiegħu u ta’ sħabu f’Repubblika, wara li minkejja kull manuvra li saret spiċċat biex ssarrfet f’nefqa ta’ 30 miljun Ewro f’inkjesta li pproduċiet line-up ta’ esperti ħallelin, li qed jirrifjutaw li jixħdu u jissostanżjaw l-imsejħa evidenza, u wara li ħalbu lill-istess inkjesta, bdew ixolju – kollha kemm huma – l-kumpanniji suppost forensiċi tagħhom.
Issa, li għal dawn l-aħħar snin u xhur Robert Aquilina u sħabu ta’ Repubblika żammew il-kantaliena ta’ ‘se naslu‘ – Robert Aquilina spiċċa issa biex dalgħodu fuq Facebook, jinjora l-Inkjesta Vella, u minflok idur għall-każ li kien fetaħ fil-Qorti Ċivili Adrian Delia, kontra l-Gvern.
B’riżultat ta’ din il-kawża, il-Gvern minnufih wettaq take-over tal-isptarijiet mingħand Stewart u beda proċeduri fit-tribunal internazzjonali biex jirkupra flus dovuti lill-poplu Malti mingħand l-istess Steward, li kienu ħġadu l-konċessjoni mingħand Vitals.