Nirringrazzjaw lid-Deputat PN Darren Carabott li dalgħodu stenbaħ b’capuccino jiddefendi lilu nnifsu mill-paprata tiegħu fil-Parlament il-bieraħ filgħaxija, fejn mingħalih ‘qabad’ lill-Prim Ministru Robert Abela fuq sieq waħda.
Carabott fil-fatt talab lil min isegwih biex, jisimgħu mingħandu biss u mhux mingħand ħaddieħor li skontu, qed jgħawġulu kliemu.
Jiddispjaċina Onor Carabott li ħadtha daqshekk bi kbira, għaliex kulma għamilna hu li nispjegaw fejn żbaljajt.
Malta mhix involuta fl-ebda combat, fl-ebda boots on the ground fl-Ukrajna!
Fejn sejjer b’rasek Onorevoli?
Il-Prim Ministru spjega li l-Forżi Armati għandha biss fiżżjal wieħed stazzjonat f’Londra li qed iwettaq rwol esklussivament amministrattiv bħala liason bejn l-Ewropa u min qed iħarreġ lill-qawwiet Ukreni.