Jekk kien hemm dubju dwar kemm il-Partit Nazzjonalista hu distakkat totalment mill-polż tal-poplu, u kif jinqabad iservi biss l-aġenda esklussiva tal-Ewropa u mhux dawk tal-interess Nazzjonali, hu propju stħarriġ pubblikat illum minn The Times, li juri kif huma 14% biss tal-Maltin u l-Għawdxin li huma favur diskussjonijiet Ewropej għall-investiment tal 800 biljun euro għad-difiża.
The Times tikkwota stħarriġ speċjali li sar minn Eurobarometer matul dawn l-aħħar xhur, fejn juri li l-Maltin u l-Għawdxin esprimew appoġġ ‘fjakk ħafna’ għal din il-politika li qed tkun imbuttata mill-Partit Popolari Ewropew, tiegħu hu membru affiljat il-PN u l-Preident tal-Parlament Ewropew Roberta Mretsola.
RITRATT: Siltiet minn dak li ppubblikat The Times dalgħodu dwar l-appoġġ fjakk tal-Maltin lejn dak li qed jimbotta l-Partit Nazzjonalista favur żieda fl-infieq fil-militar minflok a skapitu ta’ miżuri soċjali.
Dan jixhed l-isforżi kbar ħafna ta’ Bernard Grech kemm fi Brussels mal-mexxejja tal-PPE l-ġimgħa li għaddiet, kif ukoll fil-Parlament Malti, u l-intervista li tat nhar is-SDibt li għadda Roberta Metsola lil Abdrew Azzopardi.
Di sforż biex jikkonvinċu lill-opinjoni pubblika tagħti l-appoġġ lejn din il-politika, tal-PN imbarkaw fuq kampanja ta’ żebliegħ tal-Forżi Armati Maltin.
Filwaqt li l-PN qed jimbotta din l-aġenda ta’ żieda fl-infieq fid-difiża u fl-armamenti minn Malta, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista rrepeta kemm-il darba kemm mal-Mexxejja Ewropej waqt summit fi Brussels ġimgħa ilu, kif ukoll fil-Parlament Nazzjonali, li sakemm ikun hemm Gvern Laburista l-infiew ikun dirett lejn is-soċjal u s-sussidji fl-enerġija, u żgur mhux fl-armi.
Għal darb’ oħra, Gvern immexxi mill-Partit Laburista qed juri li hu fuq in-naħa tal-ħtiġiet tal-familji, tal-ħaddiema u tan-negożji, filwaqt li l-PN irid iservi biss l-aġenda tal-Ewropa u jonfuq flus mit-taxxi tal-poplu għall-armi.