Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott hu elett mill-Ewwel Distrett, u l-canvassers tiegħu kienu dawk li ħadmu għal Austin Gatt u Claudio Grech. Qed jipprova jimla ż-żarbun ta’ min kien ilu fil-politika, u għallinqas fehem kif taħdem il-politika.
Madankollu, minn dak li qed nara, Darren Carabott għadu jirraġuna li fil-Parlament jista’ jagħmel l-istunts bħalma kien għamel fiż-żarbun meta kien ġurnalist ta’ Net News.
Carabott kien dak li ġera wara ta’ Pilatus Bank fis-‘satra tal-lejl’ bil-famuża bagalja li fl-inkjesta rriżulta ma kien fiha xejn għajr ħwejjeġ meta l-Kap Eżekuttiv tal-Bank kien għadu kif irritorna mis-safar.
Stunt simili, Darren Carabott ipprova jagħmilha l-bieraħ filgħaxija fil-Parlament, din id-darba bħala Deputat tal-PN.
Ipprova b’xi mod iħawwar storja bażwija u jżeffen lill-Prim Ministru Robert Abela fin-nofs.
Darren Carabott għandu l-viżżju li jaqra ħaġa bla ma jkolu l-abbilta’ li jiproċessa l-informazzjoni u jagħmel sens minnha.
Il-bieraħ filgħaxija intervejna fil-Parlament u pprova mingħalih li jaqbad lill-Prim Ministru fuq sieq waħda fil-ħin li kien qed jipprova jagħmel Stqarrija ministerjali dwar il-laqgħa li attenda l-ġimgħa li għaddiet għall-Kapijiet tal-Gvern tal-Unjoni Ewropea fi Brussels.
Carabott ipprova jagħmilha bħala xi espert militari u fil-ġeopolitika u pprova jistad lill-Prim Ministru fuq frażiu li ma fehmx.
Ried jimplika li l-Prim Ministru kien qed jaħbi xi informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni ta’ suldati Malti fit-taħriġ militari ta’ suldati Ukrajni.
Qajjem agħa kbira fil-Kamra u kiteb immedjatament fuq Facebook li qabad lill-Prim Ministru “jaħbi”
Li ma fehmx Carabott, kienet ħaġa bażika. Gvern Laburista jħares in-newtralita’ ta’ pajjiżna, mhux bħall-PN, u ma jibgħatx suldati jikkumbattu l-gwerer ta’ ħadd u ma jixtri l-armi għal ħadd.
Li ma fehmx Carabott hu li kulma hemm mill-militar Malti f’dan kollu, hu fiżżjal wieħed biss – nirrepeti wieħed biss – li qed jagġmilha ta’ liason, jew go between fi rwol purament amministrattiv bejn min qed jagħti t-taħriġ lill-Ukreni u l-Unj l-Unjoni Ewropea!
Darren, nice try, but please study, read, understand, be correct and be honest!
Its just one man! he’s a liason officer, not combat, no boots on the ground. Copy that boy?