Wasalli minn Għawdex fuq kemm niżillu għasel l-ikel nhar is-Sibt li għadda d-Deputat PN Alex Borg, li waqt l-ikla annwali tal-Kumitat Distrettwali, kellhom ipoġġuh eżatt biswit is-Segretarju Ġenerali l-ġdid Charles Bonello.
Għall-attivita’ l-mistieden speċjali kien Bernard Grech, filwaqt li l-Kap de facto Karol Aquilina baqa’ Malta biex ikompli jaħdem fuq il-pjan estremista tiegħu.
Lura għar-ritratt, hu fatt magħruf li l-ikel fil-lukanda Ta’ Ċenċ hu tajjeb ħafna, iżda nifhmu li nhar is-Sibt li għadda, minħabba l-kumpannija li kellu Alex Borg, dan niżillu pjuttost velenu, kif fil-fatt tixhed l-espressjoni fuq wiċċu fil-mument tar-ritratt.
Hu mifhum li dakinhar, Alex Borg ma kellux il-kumpannija ta’ sieħbu Adrian Delia li nżerta kellu jsiefer lejn il-Polonja mad-Deputat Laburista Edward Zammit Lewis fuq xogħol interparlamentari.