Illejla kelli l-pjaċir nattendi fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, għall-wiri tad-doku-film miktub u prodott mill-istoriku u ħabib tiegħi Mark Farrugia.
Hu dokumentarju sabiħ, riċerkat u fuq kollox jagħmel ġustizzja storika mal-Perit Duminku Mintoff, li stinka u tħabat fil-mixja tiegħu lejn il-kisba tal-Ħelsien fil-31 ta’ Marżu tal-1979.
Bis-saħħa ta’ Jason Micallef u Mario Cutajar li huma wara l-kumitat organizzattiv tal-PL għall-festi tal-Ħelsien, illejla, mijiet ta’ attivisti, delegati u l-pubbliku in ġenerali setgħu jerġgħu jgħixu l-qofol tal-istorja li sawwret din il-ħolma ssir realta’ għall-Perit Mintoiff u l-Gvern tiegħu ta’ dak iż-żmien.
Il-film jagħmel ġustizzja storika mal-kuxjenza tal-Partit Laburista, u b’mod ġartikolari mal-Perit Mintoff, għaliex li kieku kien għall-PN din il-ġrajja ma seħħitx u Malta tagħna llum, mhix l-anqas farka ta’ dik li hi llum.
M’hemmx għalfejn nidħol fil-mertu tal-istorja tan-nogożjati diffiċli li kellu jħabbat wiċċu l-Perit Mintoff mal-Ingliżi, iżda ngħid, li l-film jikkonferma kemm il-PN ma nbidel qatt u għadu sal-lum negattiv.
Li kieku kien għall-PN, illum għadna bil-bażijiet militari, u l-ekonomija tagħna baqgħet dipendenti fuq is-servizzi barranin.
Il-film jgħallem storja kbira, dwar kif il-Partit Nazzjonalista ma nbidel qatt mit-tattika żbaljata ta’ tixwix u qtugħ il-qalb, u l-alleati tiegħu jagħmlu minn kollox – flok ma jkunu alleati mal-interess nazzjonali Malti – jservu biss l-interess tal-barrani.
Illum 46 sena wara l-kisba tal-Ħelsien, inħarsu lura u nfaħħru l-kuraġġ tal-Perit Mintoff li kien sod mal-Ingliżi. Li kiseb mhux biss il-Ħelsien mill-bażijiet Ingliżi, iżda kiseb in-newtralita’ u n-non-alineajeament.
Iżda l-akbar rebħa li tagħti ġieħ il-legat dejjiemi tal-Perit Mintoff hu l-fatt li 46 wara’ minkejja kull tfixkil possibbli l-ekonomija Maltija hi bsaħħitha. u b’saħħotha tant, li l-Ingliżi nfushom jgħiru għalina u għal dak kollu li bnejna.
Nhar il-Ħadd li ġej, niltaqgħu lkoll f’Xatt ir-Riżq fil-Birgu, fejn infakkru din il-ġrajja li Mintoff kien fisser bħala l-appuntament mad-destin”.
Nħar il-Ħadd li ġej se nfakkru l-kisba tal-Ħelsien iva, iżda l-akbar tragward miksub 46 sena wara, hu l-fatt li l-Ingliżi nfushom llum jirrikonoxxu li sirna ferm aqwa minnhom, kemm mil-lat ekonomiku u kemm fejn jidħol is-soċjal.
Niċċelebraw il-fatt, li llum il-bżulija tal-poplu Malti wassal biex dan in-nazzjon ċkejken tagħna sar ferm aqwa minn minn darba kien jaħkimna.