Ilu ġimgħa nikteb fuq il-fatti ovvja quddiem għajnejna, kollha fatti marbuta mal-mod sfaċċat li taħdem biha l-‘establishment’ f’pajjiżna, ifeġġ Manwel Delia biex ikompli jikkonferma kemm fid-deher tagħmel minn kollox biex tinfluwenza u tikkundizzjona, Din id-darba il-Qrati.
Ma kienx biżżejjed l-attakk feroċi ta’ Delia aktar kmien din il-ġimgħa, fejn saħansitra attakka żewġ Maġistrati tant li spekula u alega li biex ċaħdu t-talbiet ta’ inkjesti ta’ jason Azzopardi kontra l-Ministru Clint Camilleri, dawn għandhom ikunu investigati.
Aktar faċċaraġni ġiet illum bil-kitba ta’ manwel Delia fil-gazzetta The Times, fejn esprima t-tħassib ta’ Repubblika għall-eventwalita’ li jikkollassa l-każ kollu li bnew kontra Joseph Muscat u għadd ta’ nies oħra.
Fl-artiklu ma jsemma qatt u xejn dwar l-iskandli kbar fuq kif inbiet l-inkjesta kollha li tmexxiet mill-Maġistrat Gabriella Vella, bl-espert prinċipali Jeremy Harbinson jirrifjuta li jixhed u jissostanzja r-rapport multi-miljunarju tiegħu, esperti duilettanti u bla warrants, kumpanniji mxollja u invoices mħalls doppjament.
Insomma Delia dalgħodu għażel li jitfa’ b’saħħa l-influwenza tiegħu fuq il-Qrati u fuq l-Avukat Ġenerali, bħallikeiku dawn jinjoraw l-oxxenitajiet u t-taħwid li – fil-verita’ – ħolqu huma stess.
L-importanti, li f’isem il-ġustizza u l-imbierka ‘rule of law’, Delia jrid li l-Qorti sservi mhux il-ġustizzja u minflok takkuża lill-kull ħoloq dan il-kastell tar-ramel, imma importanti li nżommu lil Josdeph Muscat u nies oħra fuq il-bank tal-akkużati, basta l-establishment ma tiġix umiljata.
a