Attenti għal fake profile tal-Ministru Clyde Caruana fuq Facebook.
Fis-siegħat li għaddew feġġ profile falż tal-Ministru Caruana, fejn permeżż ta’ posts u messaġġi privati fuq messenger, qed jagħmilha li hu l-Ministru, u jagħmel mistoqsijiet dwar l-avversarji politiċi tagħhom u saħansitra jipproponi li jintervjeni b’għajnuna u b’kumpens finanżjarju jekk jitkellmu.
Il-konversazzjoni ssir bil-Malti, jagħti l-email b’isem Clyde Caruana u illejla ttella story fuq il-paġna b’attakk fuq l-istatistiku Vince Marmara.
Ninsabu infurmati li f’konversazzjoni minnhom, kien hemm saħansitra tentattiv mill-‘ministru’ falż biex il-persuna ma min ikkomunika tikteb dettalji dwar min mill-avversarji fil-politika ‘trid telimina’ permeżż ta’arrest jew mod ieħor.
Diversi kienu n-nies li diġa’ rrappurataw dan il-profil lill-Pulizija u qed isiru investigazzjonijiet bl-għajnuna ta’ entitajiet speċjalizzati.
Il-każ qed jittieħed b’serjeta’ kbitra mill-awtoritajiet.