Nibqa niskanta fuq li niskanta bl-iskiet ta’ ċerti news portals u istituzzjonijiet li jippersistu jwebbsu rashom jew idaħħlu rashom fir-ramel u jinjoraw l-ovvju li jkun qed iseħħ quddiemhom.
Minbarra The Times – li sa dalgħodu baqgħet tinjora d-dikjarazzjonijiet xokkanti ta’ Fr. Charles Tabone – hemm news portal ieħor – in-Newsbook – tal-Kurja tal-Isqof, fejn jidher li ħadd hemm ġew – minkejja l-impatt li ħalla fuq il-meżżi soċjali kollha – ma nduna b’dak li ntqal.
L-assenza ta’ rappurtaġġ ta’ aħbarijiet bħal dawn li għandhom il-potenżjal li jiċċaqilqu pajjiż u l-opi njoni pubblika, ċerti nies jibqgħu jippersistu li tista’ tilgħab bl-aħbarijiet u tiddeċiedi hi x’aħbarijiet gġandhom jixxandru fil-pajjiż.
Sa fejn naf jien, Newsbook għadha kemm ingaġġat lil Matthew Xuereb bħala news editor tagħha, li nżerta wkoll il-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti (IĠM) u għadni s’issa ma nistax nifhem – kif bir-reputazzjoni tajba li għandu Matthew Xuereb – dan ukoll qisu għadu ma sema’ xejn dwar x’qal Fr. Tabone dwar il-pressjoni kbira diretta u indiretta fili-Kurja, u li wasslet għar-riżenja ta’ Mons. Pawlu Cremona mill-kariga ta’ Arċisqof fl-2014.
Bħal The Times, jidher ukoll li l-aħbarijiet m’humiex aħbarijiet jekk ma jsemmux lil Joseph Muscat, lil Robert Abela, xi Ministru tal-Gvern, jew li tkun kontra l-Labour.
Li rriżenja Arċisqof Malti sforż persekuzzjoni psikoloġika minn nies ġol Kurja stess, mhix aħbar għal Newsbook.