Mill-lum tibda Rebbiegħa Ġdida, li għandha tinvolvi lil kull wieħed u waħda minnha f’taqbida siekta kontra l-establishment f’pajjiżna, li bir-rivelazzjonijiet ta’ Fr. Tabone issa nafu wkoll li wasslet saħansitra biex tmarrad psikoloġikament u twassal għar-riżenja tal-mibki Mons. Pawlu Cremona minn Arċisqof fl-2014.
Mnikkta għall-mewt ta’ Mons. Cremona, iżda nkorlati għal dak li ġarrab dan il-Qaddis.
Ejjew mil-lum, minn fuq il-paġni Facebook tagħna, ntellgħu u nxerrdu r-ritratti tal-ponn tar-reżistenza tagħna, b’messaġġ ċar ta’ mħabba, t’appoġġ u solidarjeta’ lejn it-tbatija li ġarrab fis-skiet Mons. Cremona kemm dam iservi lill-Arċidoċesi fil-Kurja.
Dan il-ponn b’id mgħollija għandna nużawh u nuruh waqt il-funeral ta’ Mons. Cremona.
Lkoll flimkien, nistgħu nagħmlu dik id-differenza, ta’ poplu sħiħ li issa xeba’ mill-establishment li bis-saħħa tal-persekuzzjoni udiretta u indiretta, kissret biżżejjed nies u ħajjiet.
Agħtu sens u direzzjoni lejn din ir-Rebbiegħa l-Ġdida, kun parti int ukoll minn dan il-qawmien kontra l-forżi kollha tal-ħażen li jibqgħu jippersistu fit-twemmin li Malta u l-Maltin huma xi ġugarell tagħhom.