Jien imdorri bil-frażi li l-aħbar tiġri bħal leħħa ta’ berqa.
Malta kollha u l-mezzi soċjali llejla huma kollha mixgħula bid-dikjarazzjonijiet xokkanti li saru minn Fr. Charles Tabone dwar il-‘pressjoni’ kbira fil-Kurja li wasslet għar-riżenja ta’ Mons. Pawlu Creona minn Arċisqof fl-2014, iżda għal ‘The Times’ sal-lejla qisu għadha ma semgħet b’xejn!
Forsi għaliex jismu Pawlu Cremona u mhux Joseph Muscat jew Robert Abela?
Jew l-aħbar hi mbarazzanti wisq għal wieħed li l-kurituri ta’ The Times kemm fil-Belt, kif ukoll fl-Imrieħel, jafhom sew?
Ma nafx imma qed nistaqsi għal ħabib, għaliex fuq kollox hu qarrej ta’ The Times.
Jista’ jkun li l-opinjonijiet ta’ ranier Fsadni, jew il-ħrejjef ta’ Jason Azzopardi jew ix-xenati ta’ Repubblika biss jgħoddu bħala aħbarijiet f’pajjiżna. Insomma, qas indunat li Karol Aquilina sar Kap tal-PN, ma nistgħaġeb b’xejn!
Meta nara dawn l-affarijiet, nibda tassew ninkwieta fuq kemm huma arditi tal-establishment!
FILMAT: ‘Just in case li ta’ The Times għadhom ma semgħux b’li qal Fr. Charles Tabone fuq TVM