Fost il-biżibilju affarijiet fil-gwardarobba tiegħu – u li jixtieq li int ma tiftakarx jew temmen li qatt m’eżista – hemm il-famuż tieġ li kien iċċelebrat b’tant pompa, u saħanistra fuq TVM waqt il-programm Xarabank lejn tmiem is-snin 90.
It-tieġ kien sar fil-qalba tal-Ħabs ta’ Kordin – eżattament fid-Divison 5 – u fiħ kien iżżewweġ Alfred Bugeja (il-Porporina) li miet aktar kmieni din il-ġimgħa fl-eta’ ta’ 69 sena.
RITRATT: Estratt mill-filmat tat-tieġ li sar fid-Division 5 u li xxandar fuq TVM
F’kitba preċedenti kont semmejt dan it-tieġ bħala waħda minn żewġ ‘perli’ li Louis Galea ħalla bħalal- legat tiegħu għall-Partit Nazzjonalista matul il-karriera politika tiegħu, li ntemmet ħesrem fl-2008 meta spiċċa ma telgħax minn żewġ Distretti.
Louis Galea kien il-Ministru għall-Intern dak iż-żmien u kien ingaġġa lil Jim Rolan mill-Istati Uniti biex imexxi l-Ħas ta’ Kordin. Kien żmien meta splodiet ukoll il-provvista tad-droga fil-ħabs u fi kliem Bugeja stess, kien propju f’dak iż-żmien li kien beda l-viżżju tad-droga fil-ħabs stess.
Wara dan it-tieġ, Bugeja kien ħarab darbtejn u wara li nqabad mit-tieni ħarba, kien nstab li kien wieħed mill-imħuħ wara l-akbar importazzjoni ta’ droga fil-pajjiż.
Buġeja kien kompliċi ma’ priġunieri oħra, biex minn ġewwa l-ħabs organizzaw l-importazzjoni ta’ kilos ta’ kokaina, eroina u eluf ta’ pilloli extacy.
IL-FILMAT TAT-TIEĠ IĊĊELEBRAT FID-DIVISION 5 FIS-SNIN 90.