Mill-‘opinjoni’ f’ The Times ta’ Ranier Fsadni, għal ħaten Beppe Fenech Adami, fejn f’The Shift News kien imiss lill-kirurgu Kevin Cassar biex jidħol għas-sokkors ta’ Jason Azzopardi li kellu t-talbiet għall-inkjesti tiegħu kontra l-Ministru Clint Camilleri mormija.
Cassar hu l-aħħar minn sensiela ta’ esponenti tal-establishment tal-PN, li ssejħu biex jagħtu appoġġ għall-kruċjata ta’ Azzopardi kontra l-Ministri tal-Gvern ta’ Robert Abela.
F’The Shift, Cassar, attakka l-Maġistrata Brigitte Sultana għar-raġiuni li kkonkludiet li ma kienx hemm provi biex jinfetħu inkjesti fil-konfront tal-Ministru Camilleri.
Cassar sostna li hu “xxukjat! Għaliex il-Maġistrat Sultana rrifjutat it-talbiet ta’ Azzopardi u żied jattakkaha għaliex ma messhiex qalet li Azzopardi kien jeħtieġ iġib il-provi biex jissostanżja l-akkużi li kien qed jagħmel.