David Agius ma jitlifx okkażjoni biex jidher.
L-isfortuna hi li tant jgħaġġel li jitgerbeb f’saqajh stess, u jinsa l-kappelL li jkun qed jilbes u l-implikazzjonijiet ta’ għemilu stess.
Illum ippresjeda u ħa sehem f’konferenza nazzjonali bil-parteċipazzjoni ta’ Membri Parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
Kurjuża kif illum David Agius għamilha ta’ Deputy Speaker, meta nhar it-Tnejn u nhar it-Tlieta li għadda, nesa l-kariga tiegħu u ħareġ il-barra mill-Kamra flimkien mal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex jevita l-vot li qed jissejjaħ biex jikkundanna lil sieħbu Karol Aquilina, propju għaliex inġurja, u tpastaż mal-Ispeaker Anġlu Farrugia!