X’differenza meta tara lill-Prim Ministru Malti Robert Abela mal-mejda fejn ipoġġu l-Mexxeja l-oħra Ewropej, u fuq kollox jagħmel każ serju għal pajjiżna, u mhux ifajjar statements bl-addoċċ li jkollhom riperkussjonijiet serji u li jikkompromettu saħansitra l-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Fi Brussels, il-Prim Ministru Malti kien aktar minn ċar sa minn qabel ma daħal fil-kamra mal-mexxejja l-oħra.
Kitibha u ddikjaraha: ‘Se niżguraw li jinstemgħu il-prioritajiet ta’ Malta‘ u kien qed jirreferi għad-diversi temi importanti fuq l-aġenda tad-diskussjoni waqt is-Summit Ewropew.
Fost it-temi għad-diskussjoni waqt is-Summit hemm id-difiża, l-Ukrajna, l-immigrazzjoni, il-kompetittivita u l-qafas finanżjarju nli jmiss tal-UE.
Minn-naħa l-oħra, evidenti li jqis lill-politika bħala logħba tal-‘Pokemon’ Bernard Grech atrtenda għal laqgħa tal-PPE fi Brussels, fejn aktar milli impressjona, prattikament iddikjara l-bidu tat-tmiem formali tiegħu fit-tmexxija tal-PN bi statements assurdi, mhux maħsuba, ażżardati u traskurati.
Li qal fi Brussels dalgħodu se jibqgħu jidwu fid-Dar Ċentrali bħala l-akbar froġa li seta qatt għamel.
Nistenna lill-familja de Marco tikkummenta xi ħaġa fuq li qal Bernard Grech.