Numru ta’ Deputati Nazzjonalisti l-bieraħ kien kkonfrontati minn partitarji mgħaddba fir-Rabat waqt il-festa ta’ San Ġużepp, fejn wħud minnhom saħansitra ngħataw ħasla quddiem in-nies waqt il-marċ.
Il-partitarji huma rrabjati għal dak li qed ifissru bħala t-tradiment tagħhom lejhom, meta għażlu li ‘jpaxxu’ l-manuvri ta’ Karol Aquilina u obdewh billi telqu ‘l barra mill-Kamra tar-Rappreżentanti flok ma għażlu li jikkastigawh u jimbuttaw għal azzjoni ta’ dixxiplina kontrih.
RITRATT: Ryan Callus jippoża qalb l-armar tal-festa ta’ San Ġużepp fir-Rabat
Ħafna kienu l-partitarji li l-bieraħ waqt il-festa fir-Rabat li spiċċaw bbumbardjaw ripetutament b’mistoqsijiet lil Adrian Delia u lil Ryan Callus, u saħansitra lil is-suppost ‘Kap’ tal-PN Bernard Grech.
RITRATT: Bernard Grech qalb in-nies fir-rabat il-bieraħ
Sostnew partikolarment magħhom kif bħala Deputati ta’ partit fi kriżi eżistenżjali, jgħażlu li jinjoraw kollox u jinżlu quddiem in-nies u jħallu rebus sħiħ warajhom flok ma qegħdiun jiltaqgħu biex isibu s-soluzzjonijiet.
Filwaqt li t-tensjoni fost id-Deputati PN kien evidenti, mill-banda l-oħra kienet evidenti ħafna s-serenita fost il-Ministri u Deputati tal-Partit Laburista li żaru lill-kostitwenti tagħhom fir-Rabat il-bieraħ.
Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abwela ngħataw merħba kbira mill-folla preżenti għall-festa matul il-ġurnata, filwaqt li merħba kbira ngħatat ukoll lill-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat u martu Michelle, li ta’ kull sena jinżlu r-Rabat jiltaqgħu man-nies.
RITRATT: Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr Lydia Abela sereni qalb in-nies fir-Rabat il-bieraħ
RITRATT: Sereni wkoll l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle fir-Rabat il-bieraħ